Lokali Saħħa

S’issa keċċew 17 minn Karin Grech

Wieħed mill-ħaddiema kien ilu biss xahar fl-impjieg

Dan is-sit jinsab f’pożizzjoni illi jikkonferma li sa issa tkeċċew 17-il ħaddiem li kienu impjegati fl-Isptar Karin Grech.

Fost dawk li tkeċċew minn Steward Healthcare hemm persuna li kien inġieb bħala konsulent u raġel illi kien jieħu ħsieb s-sigurta’. L-istess raġel kellu taħt ir-responsabbilta’ tiegħu l-kċina tal-isptar.

Ħaddiema li tkellmu magħna qalulna illi wieħed mill-impjegati kien ilu biss xahar jaħdem fl-isptar.

Fil-ħin li ġej NETnews.com.mt se jkompli jiżvela aktar dettalji relatati mas-sensji li qed jingħataw minn Steward Healthcare.