Futbol Sport

Tmien plejers mill-Kampjonat Premier sospiżi logħba

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ssospenda tmien plejers mill-Kampjonat Premier wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa. Dawn huma Bojan Kaljevic (Balzan), Amadou Samb (Gżira United), Guilherme de Castro (Ħamrun Spartans), Davide Mansi (Mosta), Daren Falzon (Naxxar Lions), Degran Jackson (St. Andrews), Ricardo Martin (St. Andrews), Ebiabowei Baker (Tarxien).

Kaljevic se jitlef il-konfront importanti li l-leaders Balzan għandhom kontra Birkirkara. Amadou Samb u Davide Mansi se jitilfu l-konfront bejn Gżira United u Mosta u Ebiabowei Baker se jiltef il-konfront kontra Lija Athletic.

Guilherme de Castro u Daren Falzon se jitilfu l-konfront bejn Ħamrun Spartans u Naxxar Lions filwaqt li Martin u Jackson se jitilfu l-logħba ta’ St. Andrews kontra Sliema.

Mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni Aud-Gustine Obaje ta’ Żebbuġ Rangers ġie sospiż tliet logħbiet. Fabien Lufi  (Melita), Yanis Tonna (Pembroke Athleta), Christian Degabriele (Pietà Hotspurs), Dylan Zarb (Qrendi) u Leighton Grech (Żebbuġ Rangers) ġew sospiżi logħba kull wieħed.

Mill-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni Shaun Bonello ta’ Għargħur ġie sospiż seba’ logħbiet. Antoine Barbara ta’ Marsaxlokk irċieva sospensjoni ta’ żewġ logħbiet filwaqt li Jurgen Gauci (Attard), Matthew Bajada (Attard), Nagbe Marshall (Gudja), Josef Cutajar (Marsaxlokk), Carmelo Farrugia (Santa Lucia)u Steve Meilak (Santa Lucia) ġew sospiżi logħba.

Ħames plejers kienu sospiżi logħba kull wieħed mill-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni. Dawn huma Mark Vassallo (Dingli Swallows), Christian Bugeja (Marsaskala), Sean Attard (Msida St. Joseph), Adrian Lanzon (Mtarfa), Adrian Cutajar (Żurrieq).