Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew l-MEP David Casa ressaq mistoqsijiet parlamentari lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-proċeduri li trid tiftaħ b’rabta mal-VAT fuq il-jottijiet. Dan wara li aktar kmieni llum, tħabbar li l-Kummissjoni Ewropea trid tiftaħ proċeduri kontra Malta, l-Greċja u Ċipru dwar is-sistema tal-VAT fuq il-jottijiet.
Fi stqarrija, David Casa qal li s-sistema tal-VAT f’Malta fuq il-jottijiet hi skont il-liġijiet Ewropej, u wara li kkonsulta ma’ Alison Vassallo, li tmexxi s-sezzjoni tal-jottijiet fil-Kamra tal-Kummerċ, ressaq mistoqsijiet parlamentari lill-Kummissarju Ewropew Pierre Moscovici, u li se jkompli jsegwi kull żvilupp mill-viċin.
Ara l-mistoqsijiet parlamentari tal-MEP David Casa hawn taħt.