llum, f’Firenze qed isir il-funeral tal-ekscaptain ta’ Fiorentina u plejer tat-tim nazzjonali Taljan Davide Astori li nstab mejjet fil-lukanda fejn kien mal-kumplament tal-iskwadra li kienet qed tħejji għal logħba kontra Udinese.
Preżenti hemm kowċis, plejers, eksplejers, diriġenti u uffiċjali minn diversi klabbs Taljani kif ukoll id-diriġent ta’ Real Madrid Emilio Butragueño u l-eksplejer leġġendarju tal-Olanda li lum qed jaħdem mal-FIFA, Marco Van Basten.
Astori twieled fis-7 ta’ Jannar tal-1987 f’Bergamo u matul il-karriera tiegħu lagħab ma’ timijiet bħal ma huma Cagliari, Roma, Milan u Fiorentina filwaqt li libes il-flokk nazzjonali Taljan 14-il darba.
Skont l-ewwel rapport tal-awstopsja li saret, aktarx il-mewt tiegħu kienet waħda naturali, għaliex instab li waqt l-irqad, qalb Astori bdiet tnaqqas ftit ftit sakemm waqfet għalkollox.
Ta’ min jiftakar li minkejja li Astori ħalla din id-dinja nhar il-Ħadd li għadda, t-tim tiegħu, Fiorentina ħabbru li xorta waħda se jġeddu l-kuntratt tiegħu u s-salarju tiegħu se jingħata lil martu.
//= $special ?>