Ambjent Lokali

“Għaliex l-inċeneratur se jitħaddem wara l-elezzjoni?”

L-ambjentalista Michael Briguglio jistaqsi xi studji saru minn naħa tal-Gvern dwar l-inċeneratur tal-plastik

Waqt diskussjoni fil-programm NET LIVE l-ambjentalista u soċjologu Michael Briguglio sostna li d-data magħżula mill-Gvern għall-proġett tal-inċeneratur “tqajjem ċertu dubji”. Dan minħabba l-fatt li dan il-proġett kontroversjali se jkun qiegħed jiġi inawgurat sena wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss.