Il-Għargħur jinsab ixxukjat wara l-mewt ta’ Carmen Borg, omm li kienet attiva ferm f’din il-lokalita’.
Borg kellha 57 sena u għal snin twal kienet membru fil-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista.
Hi, flimkien ma’ żewġha Tony, kienu jieħdu ħsieb il-bar tal-każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Għargħur. U dan l-aħħar xhur kienu qed imexxu l-bar tal-każin tal-banda fl-istess raħal.
Carmen Borg, li għandha żewġt itfal, ġie deskritta minn bosta bħala mara ħabrieka u b’qalb tad-deheb.
//= $special ?>