Hekk kif illum qed niċċelebraw Jum il-Mara, il-fatti juru li l-Gvern mhuwiex japplika dak li jipprietka fil-qasam tal-femminiżmu.
Ċifri tal-Eurostat għal Jum il-Mara juru li n-nisa konsistentement qegħdin jaqilgħu anqas mill-irġiel f’Malta b’tisbita fiċ-ċifri fl-aħħar 5 snin.
Fl-2011, in-nisa f’Malta kienu jdaħħlu 7.7% anqas mill-irġiel. Din ir-rata ppersistiet għall-agħar f’5 snin hekk kif l-indiċi fl-2016 qed jindikaw 11%. Dan ifisser li jekk raġel jaqla’ €1000 f’xahar, fl-2011 mara f’Malta kienet taqla’ €77 inqas u sal-2016, raġel f’Malta spiċċa jaqla’ €110 iktar minn mara.
Iż-żieda ta’ 3.3% fid-diskrepanza f’Malta ħolqot distakk 3.9% mal-medja tal-Unjoni Ewropea, hekk kif il-medja naqset b’ 0.6%. Malta issa hi t-tielet pajjiż fl-Unjoni Ewropea, wara l-Portugall u s-Slovenja, fejn in-nisa marru għall-agħar fl-aħħar 5 snin.
Għalhekk Malta, immexxija minn Joseph Muscat, tinsab it-tielet mill-aħħar f’dan il-kejl importanti ħafna tal-ugwaljanza fid-dħul bejn is-sessi.
//= $special ?>