Jiem ilu, NET News żvela storja fejn morna f’binja ta’ appartamenti tal-Gvern fil-Ħamrun li fiha kien isir abbuż ta’ droga – b’siringi, fliexken għat-teħid tad-droga, u demm kienu jkunu fil-kuruturi tal-komun. Minn dakinhar li din l-aħbar ħasdet lil kulħadd minħabba l-istat li kienu jgħixu fih dawn il-familji bit-tfal, numru ta’ miżuri ttieħdu sabiex jiġi assigurat li dan il-periklu jieqaf darba għal dejjem.
Issa, minbarra li ssakkar il-bieb tal-appartament mill-awtoritajiet, twaħħlu wkoll CCTV cameras fil-kuruturi tal-komun. Din it-talba kienet ilha ssir mir-residenti lill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, iżda issa wara li ħarġet l-aħbar, propju ftit jiem wara, ittieħdet azzjoni u issa se jkun hemm sorveljanza għall-attivitajiet illegali 24 siegħa kuljum.
Iżda dan mhux kollox – din il-ġimgħa wkoll, il-Kunsillieri Nazzjonalisti fil-lokalita’ tal-Ħamrun stess ħadu l-passi neċessarji fl-interess tar-residenti li joqgħodu f’din il-binja tal-Gvern – hekk kif waqt laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, il-Kunsillieri Nazzjonalisti talbu biex issir laqgħa mal-Awtorita’ għall-Housing u l-Pulizija sabiex flimkien mal-Kunsill Lokali jkunu jistgħu jsiru diskussjonijiet serji dwar is-sigurta’ ta’ din iż-żona biex jitwaqqaf l-abbuż tad-droga.
Dan l-appartament perikoluż fil-Ħamrun kellu l-bieb sgassat u kien ikun dejjem miftuħ. Ir-residenti li tkellmu ma’ NET News qalulna li dan l-appartament perikoluż kien jinkera lill-persuni li għandhom l-vizzju tad-droga. Apparti minn hekk dawn kien jħallu siringi u fliexken li bihom jieħdu d-droga fil-komun, bil-possibilita’ li t-tfal jkunu jistgħu faċilment isibuhom. Drabi oħra, r-residenti li tkellmu magħna kienu qalulna li l-dawn il-persuni rawhom jittaqbu fil-kuruturi tal-komun, u ġieli dawn il-persuni bil-vizzju tad-droga kienu jippassiġġjaw fil-komun waqt li jkunu taħt l-effet tad-droga.
Issa wara l-istorja li żvela NET News, u wara li l-Kunsilliera Nazzjonalisti tal-Ħamrun talbu biex tittieħed azzjoni – ġie msakkar il-bieb u saħansitra twaħħlu CCTV cameras fil-kuruturi, b’hekk leħen ir-residenti nstema’.
Aqra aktar dwar dan il-każ hawn:
FILMAT: Familji bi tfal jgħixu f’kerrejja qalb il-biża, l-abbużi u d-droga
//= $special ?>Wara l-artiklu ta’ NET News, tittieħed azzjoni dwar ‘l-appartament tad-droga’