L-Awtorita’ għall-Ippjanar hi responsabbli talli l0-biċċa art verġni li baqa’ f’Ħal Luqa, ħarġitilha permess biex jinbnew mijiet ta’ appartamenti. Sostniet dan l-Għaqda mhux governattiva Flimkien għal Ambjent Aħajr permezz ta’ stqarrija lill-mexxi tax-xnadir.
L-applikazzjoni għall-Iżvilupp ġiet approvata minkejja li hemm hu l-uniku spazju miftuħ viċin iċ-ċentru tal-lokal u viċin l-iskola Primarja ta’ Ħal Luqa.
Skont l-FAA din l-art f’Ħal Luqa kienet l-unika opportunita’ biex tiġi ddisinjata din l-art bħala spazju miftuħ għall-pubbliku. Spazju li kien jikkumplimenta ż-żona residenzjali. Iżda minflok l-Awtorita’ għall-Ippjanar naqset milli tikkunsidra pjanijiet ħolistiċi għal din l-art. L-FAA qalet wkoll li l-Awtorita’ għall-Ippjanar minflok ħadet fuq spallejha r-responsabilita’ li tagħti wiċċ ġdid lil-lokalitajiet tagħna, iddeċidiet li tbiddel din l-art verġni f’Ħal Luqa f’waħda ta’ konkrit. L-FAA qalet li sfortunatament dawn it-tip ta’ approvazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-bini qed ikissru l-karattri tal-ibliet u l-irħula f’pajjiżna.
//= $special ?>