Lokali

Maħtur l-eżekuttiv il-ġdid tal-APAN

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali li fiha kien elett l-eżekuttiv kienet indirizzata mill-Kap tal-PN Adrian Delia

L-l-Ħamis l-1 ta’ Marzu nħatar l-Eżekuttiv il-ġdid tal-APAN (l-Assoċjazzjoni Pensjonanti Anzjani Nazzjonalisti) waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali.

Mario Rizzo Naudi inħatar President tal-APAN, Nazju Abela inħatar Viċi President, Segretarju William Pomroy, Teżorier John Mizzi, Segretarju Internazzjonali Remigio Bartolo u Pawlu Caruana Segretarju Informazzjoni.

Il-Laqgħa kienet indirizzata wkoll mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li ħeġġeġ lill-attivisti veterani biex ikunu rivoluzzjonari fl-ideat tagħhom.

“Kunu rivoluzzjonarji fl-ideat” – il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia