Lokali

“Nimmaġina li l-Gvern Malti ħallas biex ma jidħlux immigranti” – soru Maltija fil-Vatikan

Is-soru Maltija Carmen Sammut
Carmen Sammut tgħid li s-sorijiet huma skjavi tal-patrijiet

Il-mafja, il-ħajja reliġjuża, l-immigrazzjoni u s-sitwazzjoni fil-Vatikan kienu uħud mit-temi li tqajjmu waqt intervista li l-ġurnal Taljan Corriere della Sera għamel lill-Maltija Carmen Sammut li hi l-President tal-UISG, l-Unjoni Internazzjonali tas-Sorijiet Ġenerali.

Fost l-oħrajn jistaqsuha għaliex f’Malta mhux jidħlu aktar immigranti. Hi ma tweġibx. Ftit wara isaqsuha jekk għaddewx xi flus minn naħa tal-Gvern Malti biex ma jidħlux immigranti, u tgħid bla tlaqliq “nimmaġina li iva”.

Skont il-President tal-Madri Superjuri suor Carmen Sammut, is-sorijiet qed iħossuhom li huma skjavi tal-patrijiet fil-Vatikan. “Kien biss il-Papa Franġisku li tana widen dwar dawn il-problemi”, stqarret is-soru Maltija.

Suor Carmen tispjega li bħalissa fid-dinja hawn 51,615 soru – ammont inqas minn dak ta’ 5 snin ilu. In-nuqqas ta’ sorijiet inħass fl-Ewropa u fl-Amerika. Iżda fil-Vjetnamm u l-Filippini qed ikun hemm żidiet.