Lokali

Rabja wara li titjira tal-Air Malta kienet posposta mingħajr avviż

Diversi passiġġier tal-Air Malta li llum kellhom titjira lejn Milan fis-1:10p.m., spiċċaw tħallew l-art u ħafna minnhom marru l-ajruport għalxejn hekk kif sabu li t-titjira ġiet posposta mingħajr avviż għad-8:45p.m. hekk kif fl-Italja bħalissa hemm diversi azzjonijiet industrijali.

Dan wassal biex diversi passiġġiera li għamlu kuntatt ma’ Net News qalulna li jinsabu rrabjati li mingħajr avviż, il-linja tal-ajru pposponiet it-titjira u dan wassalhom biex issa m’għandhomx bżonn it-titjira ta’ filgħaxija. Dan għaliex ħafna passiġġiera kienu se jtiru lejn Milan biex jaraw il-partita li se tibda fis-7p.m. bejn Milan u Arsenal fil-grawnd ta’ San Siro, valida mill-Europa League.

Il-Passiġġiera qalulna li dan kien ifisser li se jitilfu l-flus kemm tal-lukanda kif ukoll tal-partita u l-kumpanija tal-ajru Nazzjonali mhux se tkun qed tagħtihom kumpens ta’ dan.

Każ ieħor simili seħħ f’titjira oħra tal-Air Malta nhar it-Tnejn 5 ta’ Marzu – KM0684 lejn Tunis – liema titjira li kellha titlaq fl-4.50 pm kif skedata tant li l-passiġġieri kienu ġia wettqu l-boarding fil-gate, minuti qabel mingħajr pre-avviż ġew infurmati illi t-titjira kellha titlaq wara t-8.30 pm kif eventwalment seħħ li t-titjira ħalliet Malta fit-8.45 pm.

Riżultat ta’ dan numru kbir ta’ passiġġieri lejn Tunis wħud fuq laqgħat ta’ xogħol jew biex jaqbdu titjira oħra sabu quddiemhom sitwazzjoni difficli. Ir-raġuni li ingħataw kien ‘for operational reasons’.

Fl-istess waqt bosta mill-passiġġieri milquta infurmaw lil NetNews li ressqu l-ilment tagħhom lil Unioni Ewropea fit-taqsima ta’ kumpens għal konsumatur liema talbiet huma skond id-decizjoni tal-Parlament u l-Kunsill Ewropew b’liġi li bdiet fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2004.