Il-kumpanija Ryanair ħabbret tmien rotot ġodda, għal total ta’ 48 rotta lejn 17-il pajjiż differenti, biex mis-sena d-dieħla ‘l quddiem qed tippjana li mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta tgħaddi madwar ewġ miljun passiġġier u nofs.
Ir-rotot ġodda jinkludu erba’ titjiriet fil-ġimgħa lejn Barċellona, tliet titjiriet fil-ġimgħa lejn l-ajruport Paris Beauvais, żewġ titjiriet lejn Bratislava, Budapest, Sivilja, Pescara u Porto kif ukoll titjira fil-ġimgħa lejn Talinn.
Il-kumpanija ħabbret ukoll li biex tiċċelebra dan l-iżvilupp, qed tniedi sale b’titjiriet minn Malta li jibdew minn €14.99 f’Marzu u April. Il-bookings iridu jsiru sa nofsillejl tas-Sibt 10 ta’ Marzu.
Il-pjan ta’ Ryanair li minn Malta tgħaddi 2.5 miljun passiġġier fis-sena tfisser ieda ta’ 14% waqt li ż-żieda fit-tijiriet għandha tikkontribwixxi għal madwar 1,900 post tax-xogħol mifruxa fil-pajjiżi li se topera minn u lejhom.
//= $special ?>