Lokali Saħħa

WARA LI TKEĊĊA MIX-XOGĦOL: Il-każ jgħaddi għand il-Kummissarju tas-Saħħa Mentali

NET LIVE se jkompli jsegwi mill-qrib din l-istorja

Wara li NET LIVE ħareġ l-istorja ta’ kif ġie issensjat, dalgħodu Alessandro Salerno se jkun qed jiltaqa’ mal-Kummissarju tas-Saħħa Mentali. Dan minbarra laqgħa oħra li se jkollu mal-Fondazzjoni Richmond.

Kienu mijjiet il-messaġġ ta’ solidarjeta’ li twasslu lil Alessandro wara li lbieraħ sar magħruf li l-post tax-xogħol tiegħu keċċih, allegatament minħabba li għandu l-kundizzjoni tal-bipolar.

Alessandro Salerno mhux ħaddiem ta’ Besedo

Intant, fi stqarrija, Besedo Ltd għamlu kjarifika fejn qalu li huma ma kienux qed iħaddmu lil Alessandro, kif forsi setgħet ingħatat l-impressjoni. Għalhekk, Besedo mhix il-kumpanija li allegatament keċċiet liż-żgħażugħ.

Hu kien impjegat ma Besedo sa Jannar 2018, filwaqt li hu deher fuq it-televiżjoni fix-xahar ta’ wara.

Besedo Ltd fl-istqarrija faħħret lil Alessandro għall-kuraġġ li kellu biex jitkellem kontra l-istigma.