Lokali

€ 1,000 multa jekk toħroġ l-iskart mhux fil-ħin stipulat fil-Belt Valletta

Trakk għall-ġbir tal-iskart

Daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida dwar l-Att dwar żibel u skart fil-Belt Valletta.

Skont il-liġi. il-ġbir ta’ skart domestiku għandu jsir bejn is-7:00am u t-8:30am u bejn it-3:00pm u l-5:00 pm.

Il-ġbir ta’ skart kummerċjali se jsir bejn it-3:00pm u l-5:30pm u 12:00am u t-3:00am. Il-ħinijiet jinkludu ukoll Ħdud u Festi Pubbliċi.

Il-liġi l-ġdida teżiġi wkoll x’tip ta’ vetturi għandhom jidħlu l-Belt Valletta biex jinġabar l-iskart bihom. Dawn se jkunu iżgħar u iktar prattiċi għal dan il-għan, bil-vetturi li se jiġbru skart domestiku jkunu ftit ikbar minn dawk li se jieħdu ħsieb il-ġbir ta’ skart kummerċjali.

Persuni li jiksru l-liġi jistgħu jeħlu sa €1,000 multa, filwaqt li multi għal persuni li jiġbru l-iskart b’vetturi mhux konformi mad-dimensjonijiet imposti mill-liġi jkunu soġġetti għal multi li jlaħħqu t-€3,000, kif ukoll, tista’ tinżammilhom il-liċenzja.