Il-kantanta Maltija Emma, li qed tipparteċipa fil-programm Amici fuq Canale 5, kienet fiċ-ċentru tal-attenzjoni matul din il-ġimgħa hekk kif għaddejin il-preparamenti għas-serata finali.
Il-kantanta Paula Turci kienet qed titkellem ma’ Emma fl-istudio meta f’ħin minnhom iż-żagħżugħa Maltija dehret emozzjonata ħafna. Is-suġġett tad-diskursata kien dwar id-dehra, il-make-up, l-abbilta’ fil-kant, l-aspett fiżiku u l-kunfidenza li għandha jkollha fiha nnifisha.
Ħin minnhom, Turci talbet lil Emma biex tneħħi l-make-up. U kien hawn li l-Maltija ħarġet mill-istudio imbikkma. “Ħalluni waħdi”, instemgħet tgħid lill-cameras.
//= $special ?>