Is-sospensjoni tal-Viċi President ta’ Floriana FC Anthony Grech Sant ġiet mnaqqsa minn waħda ta’ tliet xhur u erba’ logħbiet għal sospensjoni ta’ erba’ logħbiet biss.
Ftit ġimgħat ilu Grech Sant ġie sospiż wara mġieba mhux xierqa fil-grawnd wara kwistjoni li nqalgħet fil-logħba bejn il-Floriana u Balzan, logħba spiċċat bl-iskor ta’ 1-1.
S’issa Grech Sant diġa skonta sospensjoni ta’ żewġ partiti, għalhekk wara li s-sospensjoni tiegħu ġiet riveduta, huwa fadlalu żewġ partiti oħra x’jiskonta.
Partiti ta’ ħbiberija għal Malta
It-tim nazzjonali Malti se jilgħab tliet partiti ta’ ħbiberiji bejn Mejju u Ġunju, ġerjodu li matulu l-Maltin se jkunu qed jattendu kamp ta’ taħriġ fl-Awstrija. Madankollu s’issa l-MFA ma qalitx min se jkunu l-avversarji tal-Maltin f’dawn il-partiti.
Ta’ min jiftakar li t-ttim nazzjonali Malti se jilgħab ukoll żewġ partiti ta’ ħbiberija oħra qabel dawn it-tliet skedati għal Mejju u Ġunju.
Fit-22 ta’ Marzu Malta se tilgħab kontra kontra l-Lussemburgu f’Ta’ Qali u erbat ijiem wara se tilgħab kontra l-Finlandja fil-belt ta’ Belek fit-Turkija.
Dawn il-partiti kollha se jservu bħala tħejjija għall-Uefa Nations League li se tkun qed tieħu sehem fih Malta aktar tard matul din is-sena.
//= $special ?>