Internazzjonali

Għargħar kbar fl-Istat ta’ Queensland

L-Istat Awstraljan ta’ Queensland jinsab mgħarraq wara inċidenza qawwija ta’ għargħar li kopriet medda ta’ art saqwija filwaqt li iżolat numru ta’ bliet.
Dan meta x-xmajjar fiz-zona qegħdin jitilgħu l-art, bir-riżultat li ‘għerqu’ għexieren ta’ residenti.
Il-livell tal-għargħar fit-territorju, kien irrappurtat bħala ‘sorprendenti’, bin-nies jirrappurtaw li ‘l-ilma tal-għargħar infirxet ma’ kullimkien’.


Kien iddikjarat stat ta’ diżastru fl-ibliet ta’ Ingham u Halifax (viċin il-kosta), bit-triq prinċipali taz-zona tispiċċa mgħarrqa taħt l-ilma li qed ifur mix-Xmara Herbert.

Ma kienu rappurtati l-ebda vittmi, iżda talanqas 225 residenza madwar Ingham spiċċaw mgħarrqin, fost rapporti li aktar minn 70 tfal tal-iskola li qegħdin jattendu kamp spiċċaw maqtugħin u iżolati, b’kaġun tal-gliegel tal-ilma.