Għawdex rebaħ il-premju tal-aqwa destinazzjoni sostenibbli fil-Mediterran.
Dan ġie mħabbar fil-fiera rinomata tat-turiżmu ITB f’Berlin, il-Ġermanja.
Għawdex kienet fost 32 finalisti ta’ destinazzjonijiet li huma ta’ turiżmu sostenibbli. B’kollox ġew rikonoxxuti 10 postijiet skont ir-reġjun tagħhom. Il-gżira Għawdxija kienet fir-reġjun tal-Mediterran.
Is-sena l-oħra kienet ta’ rekord fil-qasam turistiku hekk kif mal-215,184 turisti barranin żaru Għawdex. Dan kien riżultat ta’ 13% fuq is-sena ta’ qabel. Huwa maħsub li s-sena 2018 se tkun ta’ rekord ieħor fuq is-sena li għaddiet għall-ammont ta’ turisti.
//= $special ?>