Lokali

Il-problemi tal-kirjiet u tal-iskart mhux jiġu indirizzati

"L-iskart m'għandniex nużawh għall-inċeneratur" - George Vital Zammit, Viċi Dekan fl-Universita' ta' Malta

“Ma jistax ikun nibqgħu nħarsu short-term. Irridu nkunu innovattivi. Filwaqt li hemm bżonn nindirizzaw l-isfidi imminenti li għandna quddiemna, fosthom it-traffiku u l-iskart”.

Hekk qalu ż-żewġ opinjonisti li kienu mistiedna lbieraħ f’Net Live biex jiddiskutu l-ħames snin ta’ Muscat bħala Prim Ministru; il-Perit Michael Falzon u George Vital Zammit.

Matul id-diskussjoni issemmew diversi sfidi li għandu l-pajjiż bħalissa u li dwarhom il-Prim Ministru baqa’ jkaxkar saqajh. Fost dawn hemm l-iskejjel, il-kirjiet, it-traffiku u l-problema kbira tal-iskart.