Lokali Mużika

Il-Vidjo ta’ Christabelle jinħareġ illum

Il-Vidjo tal-kanzunetta Taboo, li biha se nipparteċipaw fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena se jinħareġ illum.

Il-Vidjo tal-kanzunetta Taboo inħadem f’diversi postijiet differenti madwar Malta.

Din il-kanzunetta li ser tkun qed tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest fil-Lisbona għandha messaġġ qawwi. Il-messaġġ huwa wieħed ta’ appell sabiex inneħħu l-istima negattiva tas-saħħa mentali. Il-music video mistenni ikun wieħed innovattiv li jirrapreżenta din it-tema.