Lokali

Imniedi il-video mużikali tal-kanzunetta Taboo

Sa fl-aħħar ġie mniedi l-video mużikali tal-kanzunetta Taboo kantata mill-kantanta Christabelle.

Taboo ser tkun il-kanzunetta li biha Christabelle ser tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Mejju, ġewwa Lisbona, fil-Portugall.

Il-ġbid tal-video ħa b’kollox madwar 70 siegħa biex inġibed f’erba’ postijiet – fil-Miżieb, ir-Rabat, Popeye’s Village u l-Forti Sant’Iermu.

Dan filwaqt li b’kollox ħadu sehem fil-video mużikali mal-mitejn persuna.

L-ewwel semi-finali ser issir fit-8 ta’ Mejju filwaqt li t-tieni wieħed, li fih Christabelle ser tkun qed tikkompeti, ser jittellgħa fl-10 ta’ Mejju.

Dan sabiex imbgħad il-finali ser jiġi organizzat fit-12 ta’ Mejju.