Lokali

Inawgurata showroom ġdida ta’ Daikin

Illum ġiet inawgurata showroom ġdida ta’ Daikin f’Ħal Qormi, kontributuri għal enerġija aħjar f’Malta. Huma għandhom 90 sena ta’ esperjenza fl-air conditioning u qed jgħinu f’soluzzjoni għal bidla fil-klima.

Il-kumpanija għandha l-bażi tagħha fl-Ewropa u tħaddem magħha mas-70,000 impjegat.

Preżenti għall-ftuħ kien hemm il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Hi faħħret il-fatt li l-kumpanija mhux biss qiegħda tgħin għall-problema fil-bidla tal-klima, iżda wkoll jgħinu lil Community Chest Fund biex itejbu l-ħajja ta’ dawk in-nies fil-bżonn.