Il-prosekuturi f’Ruma għadhom kemm bdew investigazzjoni dwar il-ħofor (potholes) fit-toroq tal-Belt Eterna. L-investigazzjoni hi relatata wkoll għall-aħħar inżul ta’ xita u borra li kumplikaw il-ħajja bil-kbir għas-sewwieqa tal-vetturi u għan-nies li riedu jgħaddu minn zona għall-oħra tal-kapitali Taljana.
L-inkjesta, għalissa, mhix qed tikkonċentra fuq ‘xi persuni taħt investigazzjoni’ meta lanqas mhemm indikazzjonijiet li jistgħu jitressqu l-akkużi.
Intant, l-investigazzjoni inkwistjoni nfetħet fuq il-bażi ta’ diversi lmenti mingħand l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi rigward il-potholes li kaġunaw konġestjoni kbira tat-traffiku, f’Ruma, bejn il-5 u s-6 ta’ Marzu.
L-indikazzjonijiet huma li l-problema tal-ħofor fit-toroq ta’ Ruma ggravat mill-borra u l-ħalbiet tax-xita li niżlu kontinwament fir-reġjun f’dawn l-aħħar ġranet.
//= $special ?>

