Lokali Qorti

Minkejja biża’ li jista’ jaħrab, il-Qorti ttih il-liberta’ proviżorja

Roddy Williams jinsab akkużat fost oħrajn bl-attentat tal-qtil ta’ martu

Dalgħodu fil-Qorti, Roddy Williams ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €30,000 u garanzija personali ta’ €50,000. Dan wara talba li saret mill-avukati Franco Debono u Marion Camilleri.

Williams ngħata l-libertà proviżorja minkejja l-oġġezzjoni tal-prosekuzzjoni, fejn inġieb l-argument li l-akkużat m’għandu ebda rabta ma’ pajjiżna u jista’ jaħrab.

Roddy Williams jinsab akkużat fost oħrajn bl-attentat tal-qtil ta’ martu, Natalie Williams.

Il-każ instema’ quddiem l-Imħallef Antonio Mizzi.

Williams għandu 37 sena u hu mis-Seychelles. Ir-raġel kien tressaq il-Qorti akkużat li ħalla lil martu f’toqba taħt l-art għal tlett ijiem f’Rikażli.

Skont id-dettalji li ħarġu sa issa, Nathalie Williams, li għandha 46 sena, tħalliet f’post abbandannat għal tliet ijiem mingħajr ikel u xorb u nstaber mitlufa minn sensiha.