Il-Pulizija Anti-Kriminalità Nepaliża arrestat Nepaliż suspettat li hu involut f’arranġamenti foloz biex studenti u ħaddiema jmorru f’pajjiżi barranin, fosthom f’Malta, biex isegwu korsijiet ta’ tagħlim jew biex jaħdmu, iżda mbagħad darba jaslu fid-destinazzjoni tagħhom isibu ruħhom ‘maqbuda’ għaliex ma jkunux sarulhom l-arranġamenti meħtieġa biex jidħlu f’tali pajjiżi. L-istorja kienet żvelata llum fil-ġurnal in-Nazzjon.
Minn tagħrif pubblikat dwar dan ir-raġel Nepaliż – Purushottam Khadka ta’ 41 sena – jirriżulta li dan hu involut f’kumpanija bl-isem Catchy Education and Training Consultancy Lvt Ltd, bażata f’Kathmandu fin-Nepal.
Mill-istħarriġ li jirriżulta li għamlet il-Pulizija Nepaliża skont kif rapportat fil-ġurnali domestiċi, jirriżulta li Purushottam Khadka kien qiegħed imexxi l-aspett konsultattiv dwar il-kamp edukattiv f’din il-kumpanija.
Jirriżulta li b’mod illegali hu kien qiegħed jibgħat studenti Nepaliżi biex suppost isegwu korsijiet f’numru ta’ pajjiżi, iżda wara li lil dawn l-istudenti jeħdilhom somom qawwija ta’ flus u jqabbadhom l-ajruplan lejn destinazzjonijiet diversi, inkluż fl-Ewropa, dawn l-istess studenti kienu jsibu ruħhom ‘maqbuda’ fil-pajjiż fejn jaslu għaliex mhux tassew li jkunu sarulhom l-arranġamenti mwiegħda lilhom.
Skont id-Deputat Supretendent Nepaliż Manohar Prasad Bhatta, Purushottam Khadka nqabad jalludi u jwiegħed fil-falz żgħażagħ Nepaliżi li xtaqu jistudjaw jew jaħdmu f’xi pajjiż Ewropew, inkluż f’Malta.
Fil-fatt il-lista ta’ pajjiżi msemmija f’din l-indaġni minbarra lil Malta, tinkludi wkol lill-Ażerbajġan, il-Polonja, l-Estonja u l-Afrika ta’ Isfel.
Manohar Prasad Bhatta kien ikkwotat li: “We have received information from various sources about his involvement in illegally sending Nepalis abroad. He was engaged in sending workers overseas jobs without the required permit to run a recruiting agency, which is against the law.”
Purushottam Khadka kien rapportat li kien qiegħed jieħu minn fuq kull persuna ċirka €15,000 li huma flus kbar ħafna għal żagħżugħ fin-Nepal bejn iżda bl-iskop li joħroġ mill-pajjiż u jistudja bosta jkunu lesti li jagħmlu sagrifiċċji kbar kemm huma kif ukoll il-familji tagħhom u fejn saħansitra familji kellhom ibiegħu għelieqi biex jaraw lit-tfal tagħhom ikomplu bl-istudji ħalli jimxu ‘l quddiem fil-ħajja u ma jbatux u ma jgħixux fil-faqar.
Din l-investigazzjoni skattat wara li numru ta’ studenti ‘nqabdu’ fl-Ażerbajġan u ma kenux x’se jaqbdu jagħmlu. Kien hawnhekk li dawn l-istudenti semmew l-isem ta’ Purushottam Khadka li kien arrestat fil-jiem li għaddew.
Il-Pulizija Napaliża fi stqarrija kienet kwotata tgħid li: “We have received emails from Nepalis complaining about misdeeds of the consultancy. They complained the consultancy had cheated them of their money promising lucrative jobs in Azerbaijan only to abandon them there.”
Jidher li meta l-Pulizija Nepaliża għamlet ir-rejd fl-uffiċċji ta’ Purushottam Khadka, ikkonfiskat għadd ġmielu ta’ oġġetti importanti li qed jgħinu fl-investigazzjonijiet. Rapporti fil-media Nepaliża fissru li: “Following a tip-off, the team raided the consultancy firm and arrested Khadka and also seized 25 Nepali passports, a laptop, 18 stamps of different government offices, including Notary Public, chequebooks of various banks, payment receipts and copies of several other documents.
“Police have also recovered three passports with a visa of Poland, indicating he was illegally sending people abroad on foreign employment even though he was running an educational consultancy.”
//= $special ?>