Lokali

“Niffukaw fuq dak li jħasseb in-nies” – Adrian Delia

Adrian Delia waqt il-programm Xtra fuq il-PBS

“In-nies niżinhom mhux fuq li għamlu qabel iżda fuq dak li se jagħmlu minn issa ‘l quddiem”.

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt il-programm Xtra fuq l-istazzjon nazzjonali. Hu kien qed iwieġeb għall-mistoqsija dwar ir-relazzjonijiet interni fil-Partit .

Il-programm tratta diversi suġġetti li jinsabu fuq l-aġenda politika. Dwar il-każ tal-mijiet ta’ persuni impjegati mill-Wasteserv ftit qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, Adrian Delia qal li ma nistgħux indawwru dak li suppost ikun servizz lill-pubbliku għal għodda elettorali.

Adrian Delia kompla li l-politika tiegħu hi ffukata fuq dak li jaħsbu n-nies u l-ewwel pass hu li jistieden in-nies jitkellmu mal-PN u jgħidu x’inhu dak li qed iħassibhom.