Lokali

RITRATTI: Jifqgħulu l-karozza u jibqgħu sejrin

Jikteb fuq Facebook biex jikseb għajnuna

Dawn ir-ritratti juru inċident li seħħ fil-Fgura matul il-lejl li għadda fejn jidher illi vettura baqgħet dieħla f’karozza li kienet ipparkjata.

Il-każ jidher li seħħ bejn id-9pm u l-4am fi Triq il-Karmnu.

Is-sid, Nathanael Aquilina, irrikorra għal Facebook biex in-nies jgħinuh. U qed jappella għal kull informazzjoni sabiex min hu ħati jinstab.