Roma jinsabu fit-tielet post b’56 punt minn 28 logħba wara li fi Stadio Olimpico għelbu lil Torino 3-0 bi tliet gowls fit-tieni taqsima. B’hekk huma jinsabu erba’ punti fuq Lazio b’logħba aktar u ħames punti fuq Inter b’żewġ logħbiet aktar.
It-tim ta’ Eusebio di Francesco fetaħ l-iskor fis-56 minuta meta mil-lemin, Alessandro Florenzi sab lil KOSTAS MANOLAS fil-kaxxa u kompletament waħdu għola biex b’daqqa ta’ ras għeleb lil Salvatore Sirigu.
Roma rduppjaw fit-73 minuta meta Nainggolan b’daqqa ta’ ras fil-kaxxa għadda lejn DANIELE DE ROSSI li għeleb in-nasba tal-offside u b’xutt mill-ewwel fil-baxx għeleb lil Sirigu. LORENZO PELLEGRINI ssiġilla r-rebħa fit-92 minuta meta Torino nqabdu fid-difiża u b’xutt fuq in-naħa xellugija tiegħu għeleb lil Sirigu.
//= $special ?>