Il-President Amerikan Donald Trump u l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un mistennija jiltaqgħu “mill-iktar fis possibbli”. Kien Kim li stieden lil Trump għal laqgħa bil-President Amerikan jaċċetta l-istedina. L-aħbar li ħasdet lil id-dinja ngħatat minn delegazzjoni tal-Gvern tal-Korea t’Isfel li tinsab f’Washington u li għaddiet ittra mingħand Kim Jong Un lill-amministrazzjoni Amerikana.
L-istess uffiċjali tal-Korea t’Isfel qalu li Kim hu lest li jwaqqaf it-testijiet nukleari u testijiet tal-missili u li hu mpenjat li pajjiżu ma jibqax stat nukleari.
Din l-aħbar laqtet bħal sajjetta fil-bnazzi hekk kif ir-reġjun ilu x-xhur mifni minn tensjoni ikbar mis-soltu bir-reġim komunista’ jispara diversi missili bi prova u bi Trump jhedded li l-Istati Uniti se twieġeb bil-qawwa kollha tagħha.
Fuq Twitter, filwaqt li kkonferma li bdew tħejjijiet għal laqgħa, Trump qal li dan l-iżvilupp hu progress kbir iżda għalissa is-sanzjonijiet se jibqgħu.
Sa issa, għad m’hemmx kumment uffiċjali min-naħa tal-Korea ta’ Fuq
//= $special ?>