Inneħħu l-maskri u nkunu min vera aħna.
Dan kien il-messaġġ qawwi li għaddew studenti tas-sekondarja tal-Kullegg San Benedittu f’Ħal Kirkop fejn tellgħu rappreżentazzjoni teatrali. Huma wrew li hemm bżonn li nneħħu t-timbri li s-soċjetà kreat.
Għat-tieni sena, il-Kulleġġ ingħaqad mal-MCAST biex iwasslu messaġġ dwar id-diversità. L-għan għal dan kien biex it-tfal u ż-żgħażagħ kollha jkunu inklużi.
Il-preparazzjonijiet saru kollha f’attivitajiet wara l-ħin tal-iskola fejn l-istudenti ingħataw l-opportunità li jagħmlu kors li se jgħinhom għal futur. L-ispettaklu jinkludi ħidma bejn numru ta’ studenti fejn urew it-talenti tagħhom, uħud biż-żfin u mużika filwaqt li oħrajn ħadu ħsieb id-dwal u s-sound. L-istudenti għaddew messaġġ li m’għandnix nibżgħu nuru kull persuna min hi.
Wara fil-Preżenta tal-President tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca saret diskussjoni li fiha ħadu sehem żewġ adoloxxenti ta’ ispirazzjoni – Samuel u Katriel kif ukoll Kimberly Parascandalo, li hi studenta tal-istess Kulleġġ.
Il-President faħħret din l-inizzjattiva b’messaġġ qawwi dwar it-timbri fis-soċjetà.
//= $special ?>