Internazzjonali

Terremot jolqot l-inħawi ta’ Macerata, fl-Italja

Terremot li rreġistra 3.5 fuq l-Iskala Richter laqat l-inħawi ta’ Muccia, fil-provinċja ta’ Macerata, fiċ-ċentru tal-Italja, matul il-lejl li għadda.

L-ewwel rapporti tat-theżżiża ngħataw mill-istitut nazzjonali tal-vulkanoloġija u ġeofiżika u, għalissa, ma daħlu l-ebda rapporti dwar ħsarat jew midruba.