Futbol Sport

Bayern Munich eqreb lejn ir-rebħ tal-Bundesliga

Robert Lewandowski spikka bi tliet gowls (Ritratt: EPA)

Robert Lewandowski skorja tripletta hekk kif Bayern Munich żammew l-20 punt vantaġġ fil-quċċata tal-Bundesliga b’rebħa komda ta’ 6-0 fuq Hamburg, b’tal-aħħar isofru 21 gowl fl-aħħar tliet logħbiet fl-Allianz Arena. Din it-telfa ħalliet lil Hamburg f’periklu serju li jkunu relegati għall-ewwel darba fl-istorja tal-Bundesliga, hekk kif jinsabu seba’ punti bogħod mis-salvazzjoni.

Franck Ribery fetaħ l-iskor wara tmien minuti meta kompla għal ġewwa mill-viċin, b’Lewandowski jiskorja żewġ gowls sad-19-il minuta. Arjen Robben żied ieħor fil-bidu tat-tieni taqsima, b’Ribery jagħmilhom ħamsa fil-81 minuta. Robert Lewandowski falla penalty iżda fid-90 minuta skorja s-sitt gowl li fisser il-100 gowl tiegħu mal-klabb.

Klassifika wara 26 logħba: B. Munich 66 punt, Schalke 04 46 punt, B. Leverkusen 44 punt, B. Dortmund 42 punt, E. Frankfurt 42 punt, Leipzig 39 punt, Hoffenheim 38 punt, Augsburg 35 punt, B. Monchengladbach 35 punt, Stuttgart 33 punt, H. Berlin 32 punt, Hannover 32 punt, Freiburg 30 punt, W. Bremen 27 punt, Wolfsburg 25 punt, Mainz 05 25 punt, Hamburg 18-il punt, Cologne 17-il punt

Bundesliga

Ilbieraħ

Mainz 05 v Schalke 04     0-1

Illum

B. Munich v Hamburg     6-0

Hannover v Augsburg            1-3

H. Berlin v Freiburg           0-0

Hoffenheim v Wolfsburg       3-0

B. Leverkusen v B. M’gladbach  2-0

Għada

Stuttgart v Leipzig            3.30pm

B. Dortmund v E. Frankfurt     6.00pm

It-Tnejn

W. Bremen v Cologne    8.30pm