Rapport: Keane Cutajar
BIRKIRKARA………………1
BALZAN……………………..3
Birkirkara: K. Naumovski, E. Herrera, F. Barbosa, M. Andelkovic, K. Zammit, O. Rolovic (G. Zammit 84’), N. Vukanac, C. Da Silva, S. Dimitrov (J. Grech 54’), R. Scicluna, C. Attard (A. Attard 84’)
Balzan: I. Janjusevic (S. Mintoff 77’), U. Ljubomirac, A. Effiong, E. Serrano Valero, P. Fenech, I. Bozovic (J. Grioli 63’), M. Johnson, S. Bezzina, A. Da Paixao Alves (S. Arab 73)’, M. Lepovic, C. De Fiori Mendes
Imwissija: E. Herrera 5’ (Bk) M. Johnson 20’, I. Bozovic 41’, C. De Fiori Mendes 90’ (Bz)
Skorjaw: M. Lepovic 11’, C. De Fiori Mendes 49’, A. Effiong 74’ (Bz) R. Scicluna 88’ (Bk)
Referee: Trustin Farrugia Cann
Assistenti Referees: Duncan Sultana, Jurgen Spiteri
Assistenti Referees Addizzjonali: Mario Apap, Philip Farrugia
Il-Mument Plejer tal-Logħba: Carlos Eduardo De Fiori Mendes (Balzan)
Attendenza: 1,205
Is-serje twila ta’ riżultati pożittivi infila ta’ Birkirkara ġiet fi tmiemha kontra l-qawwa ta’ Balzan li minn naħa tagħhom urew għalfejn bħalissa jinsabu jokkupaw l-ewwel post tal-klassifika b’wirja impressjonanti li resqithom pass ieħor viċin ir-rebħ tal-kampjonat.
Kienu għaddew biss ħdax-il minuta logħob meta Balzan marru minn fuq wara passaġġ perfett ta’ Carlos Eduardo De Fiori Mendes li żmarka lil Milos LEPOVIC biex wiċċ imb wiċċ ma’ Kristjan Naumovski ma’ żbaljax b’gowl li tefa’ lill-partitarji Balzaniżi f’dellirju ta’ ferħ.
Sitt minuti wara, kien żmarkat din id-darba Alfred Effiong iżda appena kien se jilħaq il-ballun pront kien il-gowlkiper Karkariż li intefa’ fuq il-ballun u żamm tajjeb.
Fis-26 minuta Balzan għal ftit m’għamluhomx tnejn meta De Fiori Mendes prova dirett minn free-kick barra l-kaxxa, xutt li sfortunatament għalih stampa mal-mimduda wara li Naumovski miss kemm kemm ballun li deher destinat għal ġewwa.
Żewġ minuti wara, De Fiori Mendes u Naumovski reġgħu kienu perikolużi wara li l-plejer ta’ Balzan żmarka lil Effiong, il-gowlkiper tal-Istripes ħareġ barra l-kaxxa u daħal fuq l-attakkant b’fawl ikrah li deher ta’ karta ħamra iżda r-referee wera biss karta safra fost protesti kbar li tqajmu minn Balzan.
Fid-39 minuta Birkirkara resqu viċin il-lasta għall-ewwel darba fil-partita wara li Fernando Barbosa Pereira ltaqa’ ma’ kross mix-xellug ta’ Kurt Zammit iżda xeħet wisq ċentrali. Janjusevic xeħet mill-ewwel f’saqajn sħabu u t-tim ta’ Marko Micovic ħarġu b’kontrattakk li minnu ħadu korner.
Mill-korner, il-gowlkiper ta’ Birkirkara ħareġ ħażin u waqqa’ il-ballun f’saqajn Effiong li prova jixħet ġewwa iżda sab lil Naumovski li patta tajjeb għall-iżball u xellef it-tentattiv f’korner ieħor.
Balzan fetħu t-tieni taqsima għal darb’oħra fuq l-attakk u saħansitra għamluhom 2-0 wara żball ieħor difensiv ta’ Birkirkara li wassal għal ħarba ta’ Da Paixao Alves li xeħet f’saqajn DE FIORI MENDES li tefa’ f’lasta vojta. Sitt minuti wara, għal ftit ma skorjawx it-tielet meta ħarba veloċi mal-linja leminija ta’ Uros Ljobomirac waslitu fil-kaxxa qabel għadda lejn Alves li iżda sab lil Naumovski li kien stupend imblokkalu ix-xutt tiegħu.
L-aktar azzjoni perikoluża tat-tim ta’ Paul Zammit waslet fl-64 minuta wara kross mix-xellug ta’ Kurt Zammit li wasal għand Rolovic li minn viċin il-lasta bir-ras sab lil Janjusevic attent li bi bravura dawwar f’korner b’rifless veloċi.
Balzan tefgħu ċ-ċirasa fuq il-kejk fl-74 minuta meta azzjoni veloċi oħra fuq l-attakk waslet biex is-sostitut Justin Grioli għadda lejn Alfred EFFIONG li spara ġewwa minn quddiem Naumovski. Birkirkara naqsu d-distakk fit-88 minuta kontra x-xejra tal-logħob meta s-sostitut Jake Grech daħal tajjeb fil-kaxxa qabel għadda lejn Ryan SCICLUNA li kien tajjeb qabbeż minn fuq is-sostitut Sean Mintoff.
//= $special ?>