Il-Maltija Emma Muscat, li qed tipparteċipa f’Amici, kompliet tħalli impressjoni tajba mal-ġurija meta fl-aħħar episodju rebħet l-isfida mal-kompetitriċi l-oħra Carmen.
Iż-żewġ kantanti kellhom iktaw kanzunetti differenti quddiem il-ġurija, bil-Maltija li temmet ħesrem il-prestazzjoni tagħha fi tmiem il-kanzunetta tagħha hekk kif maħkuma mill-emozzjoni bdiet tibki.
Fil-kummenti tagħhom, Emma ddikjarat li l-isfida tagħha kienet waħda diffiċli iżda ħadet is-suġġerimenti li għaddewlha l-professuri biex esprimiet l-emozzjonijiet tagħha u tat l-aqwa tagħha.
Filfatt waħda mill-professuri faħħret lil Emma għall-prestazzjoni tagħha waqt li ddikjarat li kienet beżgħana li forsi kienet wisq invażiva magħha fl-aħħar episodji iżda għamlet dan għaliex temmen fiha.
Ftit ftit Emma qed jirnexxielha wkoll tegħleb sfida oħra, dik li tidher iktar naturali b’inqas make up … liema sfida fl-aħħar jiem kienet tant diffiċli għaliha li wasslitha biex tinfaqa’ tibki f’wieħed mill-programmi riċenti.
//= $special ?>