Sport Sport Ieħor

Għada ssir tellieqa tar-roti fil-bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ

(Ritratt: Angie Conti)

Għada l-klabb ta’ Mosta AF Sign Studio se jorganizza tellieqa tar-Roti fuq il-bypass ta’ Ħaż- Żebbuġ. It-tellieqa hi miftuħa għaċ-ċiklisti kollha reġistrati mal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu u se ssir bejn is-7.30am u l-11.30am.

Bejn dawn il-ħinijiet, il-bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ bejn ir-roundabouts ta’ quddiem l-iskola ta’ St. Dorothy u r-roundabout fi tmiem il-by-pass fit-triq tar-Rabat se tkun magħluqa għat-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet. Is-sewwieqa huma ġentilment avżati biex isibu rotot alternattivi f’dak il-ħin.

Il-klabb jiskuża ruħu ta’ kull inkonvenjent li jista’ jinħoloq filwaqt li jirringrazzjaw il-pubbliku tal-koperazzjoni tagħhom biex jassiguraw is-sigurtà tal-atleti fuq il-korsa.