Lokali

Ħidma biex aktar studenti nisa jissieħbu fl-industrija

GSD Marketing Ltd appoġġjat l-avveniment organizzat mill-NGO BPW għall-okkazzjoni ta’ Jum il-Mara, fejn aktar minn 80 professjonisti nisa taw pariri fuq il- karriera lil aktar minn 1000 tifla ġejjien minn iżjed minn 15-il skola differenti f’Malta. L-NGO BPW hija fondazzjoni internazzjonali mmirata biex tgħin lin-nisa joħolqu opportunitajiet ta’ negozju. Din l-inizjattiva ġiet ospitata fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran fil-Belt Valletta u kienet parti mill-avvenimenti li saru biex jiċċelebraw Jum il-Mara. Dan l-avveniment sar taħt il-patroċinju ta’ l-Eċċellenza Tagħha, il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca li kienet akkumpanjata mill-Contessa Sophie ta’ Wessex.

Professjonisti minn diversi dipartimenti tal-GSD Marketing Ltd kif ukoll is-COO tal-Kumpanija, is-Sinjura Maria Micallef, kienu prezenti ghal dan l-avveniment fejn offrew il-gwida u l-konsulenza tagħhom lill-istudenti.

“Aħna ninsabu onorati li appoġġajna dan l-avveniment u li provdejna konsulenza dwar il-karriera lil aktar minn 1000 tifla minn diversi skejjel f’Malta. Aħna inħeġġu kontinwament lil l-istudenti tfajliet sabiex dejjem isegwu l-ħolm tagħhom biex jiksbu l-potenzjal sħiħ fir-rigward tal-karrieri li huma jaghzlu”, qalet is-Sinjura Maria Micallef, COO ta’ GSD Marketing Ltd.