Lokali

Iħebb għall-pulizija f’Paceville

Mill-Qorti, Luke Vella ta’ 22 sena minn Ħaż-Żabbar baqa’ miżmum arrestat wara li fil-lejl li għadda attakka lill-Pulizija f’Paceville wara li dawn wissewh għaliex kien qed jikser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied.

Il-każ seħħ fl-erbgħa ta’ filgħodu fi stabbiliment ewlieni f’Paceville, minkejja li waħda mill-kundizzjonijiet ta’ libertà proviżorja ta’ sentenza tal-Qorti f’Jannar li għadda kienet li ma jersaqx lejn Paceville u ma joħroġx bejn is-siegħa u s-sitta ta’ filgħodu.