Burnley komplew ikabbru l-problemi ta’ West Ham b’rebħa ta’ 3-0 barra minn darhom. Ashley Barnes fetaħ l-iskor fis-66 minuta b’xutt b’saħħtu, biex erba’ minuti wara Chris Wood irdoppja mill-viċin. L-istess Wood issiġilla r-rebħa fit-80 minuta b’gowl minn rebound.
Newcastle kisbu rebħa importanti ta’ 3-0 fuq Southampton. It-tim ta’ Benitez fetaħ distakk ta’ żewġ gowls sat-22 minuta b’żewġ gowls mill-viċin tal-Brażiljan Kenedy. Matt Ritchie għamilhom tlieta fis-57 minuta b’xutt fil-baxx għar-rokna.
Il-problemi ta’ West Bromwich Albion komplew jikbru wara li f’darhom tilfu 4-1 kontra Leicester. Kienu huma li marru minn fuq fit-tmien minuta b’gowl tajjeb ta’ Salomon Rondon, iżda gowl mill-isbaħ ta’ Jamie Vardy fit-22 minuta ġab id-draw. Leicester marru fil-vantaġġ fit-62 minuta permezz ta’ Riyad Mahrez, biex Kelechi Ihenacho ssiġilla r-rebħa kwarta mit-tmiem b’daqqa ta’ ras. Vicente Iborra għamel l-iskor finali 4-1 b’daqqa ta’ ras oħra minn azzjoni ta’ korner.
Rebħa tajba għal Everton li f’darhom għelbu lil Brighton 2-0. Awto-gowl ta’ Gaetan Bong mas-siegħa logħob poġġa lil Everton minn fuq, biex kwarta mit-tmiem Cenk Tosun irdoppja b’xutt li b’saħħtu mill-kaxxa.
Chelsea reġgħu fetħu tamiet li jispiċċaw mal-ewwel erbgħa b’rebħa ta’ 2-1 fuq Crystal Palace fi Stamford Bridge. Willian fetaħ l-iskor fil-25 minuta u seba’ minuti wara rduppjaw b’awto-gowl ta’ Martin Kelly. Crystal Palace daħlu fil-logħba fid-89 minuta minn Patrick van Aanholt iżda kien tard wisq biex isalvaw il-logħba.
F’konfront ieħor, Huddersfield u Swansea spiċċaw fi draw ta’ 0-0.
//= $special ?>