Kampanja ‘Rise’ mill-Istudenti Demokristjani Maltin, l-SDM, flimkien mal-Għaqda tal-Malti, l-ELSA u l-GĦSL qed tqajjem ħarsien biex fit-tagħlim Universitarju jintuża aktar il-Malti, apparti l-Ingliż.
Huma qalu li l-Malti mhux biss huwa lsien uffiċjali ta’ pajjiżna iżda huwa wkoll l-ilsien nazzjonali, skont l-Artikolu 5 tal-Kostituzzjoni Maltija.
L-għaqdiet involuti saħqu li ċertu korsijiet, inkluż dak tal-liġi fost l-oħrajn qed jkunu mgħallma bl-Ingliż madanakollu l-professjoni fil-prattika tirrikjedi l-aktar l-użu tal-lingwa Maltija.
Nies li tkellmu dwar dan taw is-suġġeriment ukoll li min lest fil-kors tiegħu jikteb l-assenjamenti u t-teżi tiegħu bil-Malti, għandu jingħata wkoll din l-opportunità mill-Università ta’ Malta.
//= $special ?>