“Il-Prim Ministru qed imur kontra l-wegħda tiegħu meta qabel l-elezzjoni ddikjara li l-abort mhux se jidħol f’pajjiżna.”
Dan qalu t-tabib u eks Ministru Laburista George Vella li f’intervista fuq The Times of Malta kkritika bl-aħrax il-fatt li l-Gvern ivvota kontra emendi għall-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf.

L-opinjoni ta’ George Vella hija identika mal-emenda li ressaq id-deputat Claudio Grech f’isem il-Partit Nazzjonalista fi stadju ta’ kumitat. Kumitat li qed jiddiskuti abbożż ta’ liġi dwar il-vjolenza domestika, li minnu l-Gvern Laburista eliminha t-tarbija fil-ġuf mid-definizzjoni ta’ familja. Hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista ħass id-dover li mill-ġdid iressaq emenda biex it-tarbija fil-ġuf tibqa kkunsidrata bħala parti mill-familja.
Dwar dan fil-Kumitat, il-Partit Laburista vvota kontra din l-emenda f’mossa li turi li l-Partit Laburista ma jridx li t-tarbija fil-ġuf tkun meqjusa bħala parti mill-familja.
Tajjeb li nsemmu li fl-2006 din l-istess emenda li ressaq il-PN kienet saret fil-prattika, li t-tarbija fil-ġuf tkun meqjusa bħala parti mill-familja, madanakollu l-Partit Laburista permezz ta’ dan l-abbozz neħħa dan fl-emenda ta’ din l-istess liġi.
Dan mhux biss qajjem kritika minn bosta fosthom mil-LifeNetwork Foundation Malta iżda wkoll minn George Vella li fuq The Times of Malta ddikjara li hu dmir tagħna li nipproteġu u mhux li noqtlu t-tarbija fil-ġuf. Huwa elenka l-fatt li l-Gvern, bit-tneħħija tar-rikonoxximent tat-tarbija fil-ġuf bħala parti mill-familja qed jibgħat messaġġ ħażin, messaġġ li qed imur kontra dak li qal ukoll Joseph Muscat dwar l-abort.
Saħansitra akkuża li bħalissa qed issir kampanja minn taħt biex l-abort jidħol f’pajjiżna, kuntrarju għall-konvinzjoni ta’ 95% tal-parteċipanti, ta’ etajiet differenti, kontra l-abort. Vella fl-istess artiklu qal li l-abort fuq l-embriju, meta t-tarbija tkun għadha żgħira, żgur mhux qed iħares il-kura tal-istess tarbija.
L-eks Ministru Laburista appella lill-Gvern biex iħares l-interess ewlieni tat-tarbija fil-ġuf, u li l-istess tarbija tingħata l-protezzjoni xierqa. Bil-pass ‘il quddiem ikun li jħalli fid-definizzjoni tal-familja t-tarbija fil-ġuf.
//= $special ?>