Rugby Sport

L-Irlanda tirbaħ is-Six Nations tar-Rugby

L-Irlanda rebħet l-erba' logħbiet li lagħbet fis-Six Nations

L-Irlanda kienu nkurunati rebbieħa tas-Six Nations wara li l-Ingilterra tilfu 22-16 kontra Franza f’logħba li ntlagħbet f’Pariġi. Filwaqt li l-Ingliżi ma kinux konċentrati bħal ma kienu kontra l-Iskozja, l-attakk kellu nuqqas fl-intensità.

It-tim ta’ Eddie Jones kellu bżonn erba’ tries biex il-konfront tal-ġimgħa d-dieħla kontra l-Irlanda fi Twickenham Stadium tkun decider. L-eroj ta’ Franza kien Maxime Machenaud li skorja penalty try u erba’ penalties, b’Lionel Beauxis jagħti r-rebħa lejn it-tmiem.

Il-punti tal-Ingliż waslu minn try ta’ Jonny May, b’conversion ta’ Owen Farrell, li żied ukoll żewġ penalties, b’Elliot Daly jiskorja penalty ukoll.

Aktar qabel, l-Irlanda baqgħu bla telfa wara rebħa ta’ 28-8 fuq l-Iskozja f’Dublin. L-Iskozja marru minn fuq b’penalty ta’ Laidlaw, iżda żewġ tries ta’ Stockdale u żewġ conversions ta’ Jonathan Sexton daħlu lill-Irlanda 14-3 minn fuq.

Id-distakk kompla jikber bi try ta’ Murray u conversion ta’ Sexton, biex wara li Kinghorn skorja try għat-tim Skoċċiż, Cronin skorja t-try importanti, b’Sexton jiskorja r-raba’ conversion fil-logħba.

Tags