Manchester United saħħew it-tieni post fil-Premier League wara li għelbu lil Liverpool 2-1 f’logħba missielta. B’din ir-rebħa r-Red Devils issa fetħu distakk ta’ ħames punti fuq Liverpool. Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Manchester United fuq Liverpool kemm ilhom Josè Mourinho u Jurgen Klopp fit-tmexxija taż-żewġ timijiet, bit-tliet konfronti preċedenti fil-kampjonat jintemmu fi draw.
Manchester United fetħu l-iskor wara 14-il minuta meta Romelu Lukaku għadda bir-ras lejn Marcus Rashford li dar ma’ Trent Alexander Arnold u għeleb lil Karius b’xutt b’saħħtu. Għaxar minuti wara l-iskor sar 2-0, b’van Dijk jinterċetta parzjalment azzjoni ta’ Juan Mata, bil-ballun jispiċċa fid-direzzjoni ta’ Marcus Rashford li b’xutt li kien imxellef reġa’ għeleb lil Karius.
Liverpool żiedu l-pressjoni fit-tieni taqsima u inċidentalment daħlu fil-logħba fis-66 minuta. Kien kross ta’ Sadio Mane mix-xellug, Eric Bailly laqat il-ballun ħażin u spiċċa biex għeleb lill-gowlkiper tiegħu stess li kien maħsud. Fl-aħħar minuti, Liverpool pruvaw isalvaw il-logħba, iżda ma rnexxielhomx jinfdu lid-difiża avversarja.
//= $special ?>