Lokali

RITRATT: B’feriti ħfief wara li tinqaleb bil-karozza f’San Ġiljan

Tfajla ta’ 26 sena minn Marsaskala sofriet ġrieħi ħfief meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha, daħlet f’vettura oħra u nqalbet.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 tal-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fi Triq Birkirkara, f’San Ġiljan. Il-pulizija u tim mediku marru immedjatament fuq il-post biex jassistu, madanakollu t-tfajla rrifjutat l-għajnuna medika.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.