Kulma jmur qiegħed jirriżulta li s-sitwazzjoni fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-uniku sptar li għandhom l-Għawdxin f’Għawdex, qed tiddeterjora minn jum għal ieħor.
Il-gazzetta il-mument irrappurtat li matul din il-ġimgħa partikulari waslu għadd sostanzjali ta’ ilmenti minn pazjenti Għawdxin mhux dwar dewmien biss u ta’ nies trattati qishom numri, imma anki kif pazjenti kienu infurmati minn tobba rispettivi li s-soltu jaraw li issa mhux se jibqgħu joffrulhom is-servizz f’Għawdex għaliex daqshekk se jibqgħu jservu fl-Isptar ta’ Għawdex.
Jirriżulta wkoll li lil dawn it-tobba u professuri nħarġitilhom ordni biex ma jibqgħux iservu f’Għawdex u l-pazjenti Għawdxin jibdew jintbagħtu fl-Isptar Mater Dei għall-kura speċjalizzata partikulari li jkollhom bżonn.
Il-mument żiedet tinnota li dan se joħloq inkonvenjent għall-pazjenti Għawdxin li allura jkollhom jiġu għall-kura f’Malta. Agħar minhekk hi s-sitwazzjoni ta’ pazjenti anzjani li għal ċertu kura li mhux se jibqgħu jsibu fl-Isptar ta’ Għawdex – ipprivatizzat mill-Gvern ta’ Joseph Muscat bla konsultazzjoni ta’ ħadd anzi b’ħabi totali – u jkunu kostretti jinġiebu Malta għall-istess kura li kienu mdorrijin isibu fil-gżira ta’ Għawdex stess.
Informazzjoni oħra li waslet għand il-gazzetta Il-Mument hi dwar kif ċerti appuntamenti qed jingħataw għal aktar minn sentejn oħra. Pazjenta partikulari li tkellmet ma’ il-ument qalet kif din il-ġimgħa marret għall-kura regolari dwar kundizzjoni partikulari, u fi tmiem il-viżta ngħatat appuntament ieħor – għal nofs l-2019.
Aktar fil-gazzetta il-mument
//= $special ?>