“Zach Meli nqatel minn żewġ barranin li ħassew li kellhom iduruh u jsawwtuh ‘għall-gost'”
Hekk qalet il-kuġina ta’ Zach Meli, li dalgħodu nqatel f’Paceville, f’ittra miftuħa indirizzata lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Zach miet kawża ta’ emorarġija f’moħħu wara daqqa ta’ ponn li qala’.
“Il-kuġin tiegħi nqatel minn xi ħadd li ma kienx jaf. Żewġ barranin, li ħassew li kellhom isawwtu lil xi ħadd għall-gost. Daruh u qatluh b’daqqa waħda f’rasu”, intqal fl-ittra.
Waqt li ntqal kif xi xhur ilu kellha kuġin ieħor li spiċċa msawwat u misruq minn xi barranin waqt li kien qed jistenna biex jaqbad taxi, il-kuġina ta’ Zach Meli qalet li Paceville m’għadux il-post sigur li kien qabel.
Il-kumment b’tant emozzjoni kien indirizzat lill-Prim Ministru, fejn il-kuġina ta’ Zach insistiet li l-affarijiet m’għandhomx jibqgħu sejrin hekk – waqt li sar appell biex jieħu azzjoni immedjata għas-sigurtà.
“Dawn uliedna li qed jiġu msawta, misruqa u stuprati għal xejn”, żiedet tgħid, waqt li temmet jappella għal iktar sigurtà.
FILMAT: Zach Meli jmut wara argument f’Paceville; Aktarx b’daqqa ta’ ponn
//= $special ?>Il-Bulgaru miżmum mill-Pulizija wara l-qtil ta’ żagħżugħ Malti f’Paceville