Il-kandidat Laburista u eks Segretarju Parlamentari Deborah Schembri li fl-elezzjoni ġenerali ta’ Ġunju 2017 baqgħet l-art kemm mill-Ħdax-il distrett kif ukoll mit-Tnax-il distrett, iddaħħal ċirka ta’ €600 kuljum minn konsulenzi, direct orders u xogħol ieħor. Irrappurtat dan il-gazzetta il-mument.
Il-konsulenzi, id-direct orders u xogħol ieħor li jħallu xmara ta’ ewro fil-but ta’ Deborah Schembri, ġejjin minn direct order ta’ €130,000 għal servizzi legali fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar u direct order oħra ta’ €30,000 għal konsulenza legali fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta.
Dawn huma direct orders li hemm tagħrif dwarhom. Ħadd ma jiżgurana li mhemmx aktar direct orders oħrajn li sa issa t-tagħrif dwarhom għadu mistur.
Dak li hu tassew veritier f’dan kollu hu, li mhix il-kandidata Laburista Deborah Schembri biss li qed tiffanga taħt il-Gvern tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Hu sigriet magħruf li hemm oħrajn li wkoll qed jimpalaw ħafna flus ta’ kuljum għaliex huma fil-familja ‘Tagħna Lkoll’.
L-ironija hi li filwaqt li lill-ħaddiem iż-żgħir il-Gvern ta’ Joseph Muscat jagħtih il-loqom biex jagħlaqlu ħalqu u jżommu kuntent, lil dawk fil-familja ‘Tagħna Lkoll’ jagħtihom il-mijiet ta’ ewro kuljum biex tassew iżommhom qrib tiegħu.
Iżda din it-tattika ta’ Kastilja qed tkompli turta ħafna lill-esponenti fi ħdan il-Gvern u fi ħdan il-Partit Laburista għaliex mhumiex ilkoll qed jingħataw l-opportunità li jiffangaw kemm jifilħu.
Aktar fil-ħarġa tal-lum ta’ il-mument
//= $special ?>