Qabel u wara l-attività politika fl-Imsida, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia żar diversi postijiet fiċ-ċentru tal-lokalità.
Fost l-oħrajn, hu żar il-Każin tas-Soċjetà Melita Banda San Ġużepp, fejn intlaqa’ mill-President tas-Soċjetà, Charlon Gouder. Hemm kienu preżenti numru ta’ membri, li ħadu l-okkażjoni jitkellmu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista dwar l-ideat tal-Partit dwar il-kultura, fost l-oħrajn.
Hu żar ukoll l-Għassa tal-Pulizija, fejn minkejja li l-Għassa hi miftuħa, kien innutat in-nuqqas ta’ Pulizija anke f’din il-lokalità.
Persuni oħrajn tkellmu ma’ Adrian Delia fiż-żjarat li għamel fil-Każin tal-Klabb tal-Boċċi Msida, kif ukoll f’numru ta’ stabbilimenti kummerċjali li hemm max-Xatt tal-Imsida.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista poġġa mal-klijenti ta’ dawn l-istabbilimenti, filwaqt fl-aħħar żjara – f’kafetterija fi tmiem l-attività politika – sab ħin jitkellem mal-Uffiċjali tal-Partit, kif ukoll mal-Kumitat Sezzjonali u mal-Kunsilliera Lokali fl-Imsida.
//= $special ?>