Lokali

Il-Bulgaru miżmum mill-Pulizija wara l-qtil ta’ żagħżugħ Malti f’Paceville

Il-Pulizija qed iżżomm lil Denis Davkov, żagħżugħ ta’ nazzjonalità Bulgara, b’rabta mal-mewt ta’ Zach Meli.

Zach Meli hu ż-żagħżugħ Malti li dalgħodu miet wara daqqa ta’ ponn fatali li qala f’Paceville.

Mingħajr ma kkonfermat l-identità tal-barrani, il-Pulizija qalet lil NETnews li b’rabta ma’ dan il-każ ġew mitkellma numru ta’ persuni.

FILMAT: Zach Meli jmut wara argument f’Paceville; Aktarx b’daqqa ta’ ponn