Lokali

Jekk it-tarbija fil-ġuf m’għadhiex iżjed sigura, ħadd minna m’hu sigur – l-Arċisqof ta’ Malta

“Il-ħajja m’hijiex tagħna iżda don ta’ Alla li għandna nirrispettawh mit-tnissil sat-tmiem naturali.” Sostna dan l-Arċisqof ta’ Malta Mons Charles J Scicluna f’kumment li ta lil Net News l-għada li grupp ta’ nisa ilberaħ talbu formalment li jiddaħħal l-abort f’pajjiżna f’ċertu ċirkostanzi.

Mons Scicluna qal li x-xjenza tgħallimna li mat-tnissil, ikun hemm tibdil fil-ġuf tal-mara; ħajja oħra li bdiet. Din il-ħajja għandha tkun mħarsa mit-tnissil sat-tmiem naturali tagħha. “Jekk it-tarbija fil-ġuf m’għadhiex iżjed ‘safe’, ħadd minna m’hu ‘safe’,” tenna l-Arċisqof.

Dan hu l-kumment sħiħ tal-Arċisqof ta’ Malta lil Net News